News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

03/10/2018

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiftaħ fin-Notte Bianca

Għal darb'oħra, il-Bank Ċentrali ta' Malta ser ikun miftuħ matul l-edizzjoni ta' din is-sena tan-Notte Bianca li ser issir is-Sibt, 6 ta' Ottubru 2018. Il-bini prinċipali tal-Bank fi Pjazza Kastilja ser ikun miftuħ għall-pubbliku bejn is-sitta u l-ħdax ta' filgħaxija.

Dawk li jżuru l-Bank ser ikollhom l-opportunità li jżuru l-mużew tal-flus, fejn hemm għażla impressjonanti ta' muniti u karti tal-flus fiċ-cirkolazzjoni li ntużaw f'Malta matul iż-żminijiet, kif ukoll wirja speċjali ta' muniti tal-Ordni ta' San Ġwann. Il-viżitaturi ser ikunu jistgħu jixtru varjetà ta' muniti numiżmatiċi u tal-kollezzjoni, u jaraw il-karti tal-flus tal-€100 u tal-€200 qabel ma joħorġu għall-pubbliku fl-2019. Il-pubbliku ser ikun jista' jżur ukoll wirja ta' xogħlijiet mill-kollezzjoni tal-arti tal-Bank, inklużi xogħlijiet ta' Gabriel Caruana, iżur il-Victor Pasmore Gallery, u jżur wirja tal-bonsaj. Matul din l-attività ser ikun hemm ukoll divertiment offrut minn mużiċisti żgħażagħ.

Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Bank, jew billi wieħed iċempel lill-Malta Coin Centre fuq (+356) 2550 6006/7.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiftaħ fin-Notte Bianca

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiftaħ fin-Notte Bianca

Lura lejn l-Arkivju