Events
06 ta' Ottubru 2018

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta miftuħ matul in-Notte Bianca 2018

  • Post: Bank Ċentrali ta' Malta, Pjazza Kastilja, Valletta
  • Data Minn: 06/10/2018 18:00:00
  • Data Sa: 06/10/2018 23:00:00
  • Persuna għall-kuntatt: Ms Rose Fenech - (+356) 2550 3105
  • Email għall-kuntatt: [email protected]

Central Bank of Malta open during Notte Bianca 2018

Għal darb'oħra, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser jipparteċipa fl‑edizzjoni ta' din is‑sena tan‑Notte Bianca. Il‑Bank ser ikun miftuħ għall‑pubbliku bejn is‑sitta u l‑ħdax ta' filgħaxija. Dawk li jżuru l‑Bank ser ikollhom l‑opportunità li jżuru l‑mużew tal‑flus fejn ser ikun hemm wirja speċjali ta' muniti tal‑Ordni ta' San Ġwann. Il‑viżitaturi ser ikunu jistgħu jixtru varjetà ta' muniti numiżmatiċi u tal‑kollezzjoni, u jaraw il‑karti tal‑flus tal‑€100 u tal‑€200 qabel ma joħorġu għall‑pubbliku fl‑2019. Il‑pubbliku ser ikun jista' jżur ukoll wirja ta' xogħlijiet mill‑kollezzjoni tal‑arti tal‑Bank, inklużi xogħlijiet ta' Gabriel Caruana; iżur il‑Victor Pasmore Gallery; u jżur wirja tal‑bonsaj. Matul din l‑attività ser ikun hemm ukoll divertiment offrut minn mużiċisti żgħażagħ.

Informazzjoni dwar il-wirja ta' muniti - Muniti tal-Ordni ta' San Ġwann - Rodi, Malta u Ruma

Wirja ta' muniti - Muniti tal-Ordni ta' San Ġwann - Rodi, Malta u Ruma

Lura lejn l-Arkivju