News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2017

  • 27 ta' Diċembru 2017

    Pubblikazzjoni tar-Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja 2017

    Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r-Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja 2017, li jkopri l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja fl-ewwel nofs tal-2017, fi sfond ta’ ekonomija li qed tkompli tikber.

  • 22 ta' Diċembru 2017

    Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji

    Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, Dr. Mario Vella, għamel preżentazzjoni lill-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji tal-Parlament dwar l-aħħar zviluppi ekonomiċi u fis-settur bankarju ta’ Malta.

  • 18 ta' Diċembru 2017

    Il-Prospetti għall-Ekonomija Maltija 2017-2020

    Ir‑ritmu tal‑attività ekonomika f'Malta żdied fl‑2017. L‑aħħar tbassir ekonomiku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta jipprevedi li t‑tkabbir ekonomiku matul it‑tliet snin li ġejjin mistenni li jibqa' b'saħħtu minn perspettiva storika, għalkemm ftit iktar baxx mill‑2017.

  • 18 ta' Diċembru 2017

    Lekċer Pubblika: The Road to Women’s Suffrage and Beyond

    Sabiex jiġi ċċelebrat is-sebgħin anniversarju mill-kisba tad-dritt tal-vot min-nisa Maltin, illejla saret lekċer pubblika ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta minn Dr Carmen Sammut bit-titlu “The Road to Women’s Suffrage and Beyond: Women’s Enfranchisement and the Nation-Building Project in Malta.”

  • 12 ta' Diċembru 2017

    Artiklu ta' riċerka ppubblikat fil-Journal of Economic Integration

    Studju ta’ Dr Aaron Grech, Chief Economist fil-Bank Ċentrali ta' Malta, bit-titlu “Did Malta’s Accession to the EU Raise its Potential Growth?: A Focus on the Foreign Workforce”, ġie ppubblikat fil-Journal of Economic Integration 2017 December; 32(4): 873-890. Dan l-istudju jevalwa l-impatt fuq it-tkabbir fil-produzzjoni potenzjali ta’ Malta kkawżat miż-żieda fil-migrazzjoni.