Rokna tal-Gvernatur

Il-Fehma tal-Gvernatur

It-tnedija ta’ blog ta’ filmati tal-Gvernatur huwa maħsub biex il-Bank jilħaq aktar lill-pubbliku, u jaqsam tagħrif dwar il-politika ekonomika, monetarja u fiskali attwali, u l-għanijiet tagħhom. L-opinjoni tal-Gvernatur hi bbażata fuq ix-xogħol kurrenti ta’ riċerka u rapporti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali l-oħra fi ħdan l-Eurosistema.