News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
-
06 ta' Novembru 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi (PFS) tal-General Workers Union (GWU), li tirrappreżenta l-impjegati tal-Bank li mhumiex fil-gradi klerikali, illum iffirmaw ftehim kollettiv li jkopri l-perjodu mill-2016 sal-2019.
-
01 ta' Novembru 2017
Bħala parti minn serje ta’ avvenimenti organizzati sabiex jiġu diskussi x-xejriet kurrenti fl-investiment fi Stati Membri differenti tal-UE, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ċentrali ta’ Malta organizzaw konferenza llum ġewwa l-Belt Valletta bl-isem “Investment and Investment Finance: The case of Malta”.
-
16 ta' Ottubru 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sal-11 ta’ Ottubru 2017.
-
05 ta' Ottubru 2017
Għal darb’oħra, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tan-Notte Bianca li ser issir is-Sibt, 7 ta’ Ottubru 2017. Il-bini prinċipali tal-Bank fi Pjazza Kastilja ser ikun miftuħ għall-pubbliku bejn is-sitta u l-ħdax ta’ filgħaxija.
-
15 ta' Settembru 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sal-14 ta’ Settembru 2017.