News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
-
11 ta' Awwissu 2017
Il Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sad-9 ta’ Awwissu 2017.
-
10 ta' Awwissu 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jippubblika d-disa’ edizzjoni tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja. Ir-Rapport ikopri żviluppi fis-sistema finanzjarja Maltija matul l-2016.
-
09 ta' Awwissu 2017
Fl-14 ta’ Awwissu 2017, il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-MaltaPost ser joħorġu prodott numiżmatiku konġunt sabiex ifakkru l-ħamsa u sebgħin sena mill-għoti tal-George Cross lil Malta f’April 1942, u l-wasla tal-konvoj providenzjali imsejjaħ ‘Pedestal’ f’Awwissu 1942.
-
02 ta' Awwissu 2017
Kien hemm tnaqqis notevoli fin-numru ta’ karti tal-flus tal-euro foloz li ġew irrapportati lill-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-ewwel nofs tal-2017.
-
21 ta' Lulju 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tielet ħarġa tar-Rivista Ta’ Kull Tliet Xhur għas-sena 2017, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul l-ewwel trimestru tal-2017.