News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
-
12 ta' Diċembru 2017
Studju ta’ Dr Aaron Grech, Chief Economist fil-Bank Ċentrali ta' Malta, bit-titlu “Did Malta’s Accession to the EU Raise its Potential Growth?: A Focus on the Foreign Workforce”, ġie ppubblikat fil-Journal of Economic Integration 2017 December; 32(4): 873-890. Dan l-istudju jevalwa l-impatt fuq it-tkabbir fil-produzzjoni potenzjali ta’ Malta kkawżat miż-żieda fil-migrazzjoni.
-
11 ta' Diċembru 2017
Il-Professur John Chircop, Chairperson tal-Mediterranean Institute fl-Università ta’ Malta, ġie elett riċentement bħala Viċi-President tal-Community of Mediterranean Universities (CMU). Il-Professur Chircop huwa membru tan-Numismatic and Historical Publications Advisory Board tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
-
01 ta' Diċembru 2017
Fl-1 ta’ Diċembru 2017, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita tal-fidda li tfakkar is-sebgħin anniversarju minn meta daħlet fis-seħħ il-kostituzzjoni tal-1947, li tat id-dritt tal-vot universali lil kull min kellu aktar minn 21 sena. Din kienet l-ewwel darba li n-nisa Maltin ingħataw id-dritt li jivvutaw – dritt li użaw l-ewwel darba bejn il-25 u s-27 ta’ Ottubru 1947.
-
01 ta' Diċembru 2017
Diskors minn Dr Mario Vella, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, waqt l-ikla annwali tal-Institute of Financial Services – Malta.
-
30 ta' Novembru 2017
All central banks in the European System of Central Banks (ESCB) are strongly committed to supporting and promoting adherence to the Foreign Exchange Global Code of Conduct (the “Code”).