News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017
-
14 ta' Novembru 2017
L-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, mexxiet ċerimonja tal-għoti ta’ premjijiet ta’ kompetizzjoni organizzata mill-Bank Ċentrali ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund Foundation.
-
13 ta' Novembru 2017
Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ it-tieni munita kommemorattiva taż-€2 taħt il-programm ‘Mit-tfal b’Solidarjetà’.
-
13 ta' Novembru 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Uffiċċju tal-Eċċellenza tagħha, il-President ta’ Malta, f’isem il-Malta Community Chest Fund Foundation, qed iniedi kompetizzjoni għad-disinn tal-muniti għall-istudenti tal-iskejjel kollha sekondarji, postsekondarji u tal-MCAST.
-
09 ta' Novembru 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jixtieq javża lill-pubbliku li f’termini ta’ Artiklu 62(1) tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta (Kap. 204), il-karti tal-flus tal-Ħames Serje, li ma baqgħux valuta legali wara l-31 ta’ Jannar 2008 wara li Malta adottat l-euro, mhux ser jibqgħu jissarrfu wara n-12:30 tal-31 ta’ Jannar 2018.
-
08 ta' Novembru 2017
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r-raba’ ħarġa tar-rivista ta' kull tliet xhur għas-sena 2017, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f'Malta u barra minn Malta matul it-tieni trimestru tal-2017.