Media

Midja Soċjali

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta juża diversi pjattaformi tal‑midja soċjali għat-tixrid tal‑informazzjoni, u jagħmel użu mill-iktar pjattaforma xierqa sabiex jilħaq udjenza differenti.

  • Il-Bank jipprovdi varjetà ta' kontenut li jinkludi links għal stqarrijiet tal-midja, diskorsi, pubblikazzjonijiet, rapporti, dokumenti ta' riċerka, reklami, u materjal pubbliku ieħor permezz tal-pjattaformi uffiċjali tal-midja soċjali tagħna ta' Facebook, Instagram, YouTube, LinkedIn, u X.
  • Il‑pożizzjoni ġeografika tal‑Bank hija wkoll identifikata fuq Google Maps.

Dawn il-pjattaformi huma mmaniġġjati min-Knowledge Services Office f'isem l-organizzazzjoni u jistgħu jiġu aċċessati mis‑sit elettroniku uffiċjali tal‑Bank.

Għal aktar informazzjoni dwar kif il‑Bank juża l-pjattaformi tal‑midja soċjali, jekk jogħġbok aqra l‑Central Bank of Malta Social Media Terms of Use.