- Home
-
- Avvenimenti tal-Bank Ċentrali
Avvenimenti tal-Bank Ċentrali
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza varjetà wiesgħa ta’ avvenimenti li huma miftuħin għall-pubbliku. Diversi avvenimenti huma wkoll imxandrin b’mod dirett fuq il-midja soċjali. Segwina fuq LinkedIn u fuq Facebook sabiex tibqa’ aġġornat/a. Meta jkun possibbli, il-Bank itella’ materjal li jkun relatat mal‑avvenimenti fuq is-sit elettroniku tiegħu, materjal li jvarja minn vidjows għal testi ta’ diskorsi li jkunu saru u preżentazzjonijiet. Fittex l-icon ta’ YouTube sabiex taċċessa l-vidjows.
Jekk tixtieq li tibda tirċievi notifiki dwar avvenimenti fil-futur, jekk jogħġbok irreġistra hawn.
Jekk jogħġbok innota li diversi avvenimenti jeħtieġu reġistrazzjoni qabel u oħrajn miftuħin biss bi stedina.
Il-lekċers pubbliċi jinvolvu firxa estensiva ta’ suġġetti fosthom l-ekonomija u l-finanzji, il-liġi tal-attività tal-banek ċentrali u l-iżvilupp istituzzjonali, l-istorja ekonomika, in-numiżmatika, u kif ukoll l-istorja tal-arti u l-imġiba soċjali.
Konferenzi u simpożji ta’ riċerka jrawmu diskussjoni miftuħa ma’ partijiet ikkonċernati relevanti, inklużi akkademiċi u rappreżentanti mis-suq finanzjarju. Esperti barranin minn istituzzjonijiet tal-politika u kif ukoll mill-akkademja huma ġeneralment mistiedna sabiex jaqsmu l-fehmiet u l-għarfien espert tagħhom dwar it-tema tal-konferenza.
Attivitajiet
- 20 ta' Marzu 2026
Il-konferenza “Ħu Ħsieb Flusek 2026: Is-Sigurtà Diġitali għar-Reżiljenza kontra l-Frodi u Scams” hija maħsuba għall-pubbliku ġenerali u ser issir fl-20 ta’ Marzu 2026 f’Binja Laparelli tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, bid-dħul minn Pjazza Tritoni.
- 06 ta' Marzu 2026
The webinar is free and open to the public, however, advance registration is required via the online form.
A Microsoft Teams webinar link will be sent to the email address you provide, closer to the event date. Registration will remain open until Thursday, 5 March 2026.