Media

Artikli, Intervisti u Diskorsi

L-appoġġ u l-promozzjoni tar-riċerka mwettqa mill-impjegati kif ukoll il-komunikazzjoni ta' dawn il-perspettivi permezz tal-midja huma tassew importanti. Bosta mill-artikli miktubin mill-impjegati tagħna jiġu ppubblikati wkoll fil-gazzetti lokali u fil-portals online. Dan sabiex filwaqt li nenfasizzaw l-impenn tal-Bank għar-riċerka, nikkontribwixxu għat-tixrid tal-għarfien usa' fost il-komunità. 

Din it-taqsima tinkludi wkoll intervisti mogħtija mill-Gvernatur lill-mezzi tal-midja, li jipprovdu għarfien dwar il‑viżjonijiet u l‑perspettivi tiegħu dwar materji ta' importanza lokali u Ewropea. Barra minn hekk, din it-taqsima tinkludi għażla ta' diskorsi mogħtija mill-Gvernatur f'avvenimenti importanti, fejn jaqsam l-għarfien tiegħu dwar firxa ta' suġġetti ewlenin.

Artikli Intervisti Diskorsi tal-Gvernaturi