News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
27/11/2026 08:20:00
L-Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Turkija jagħmel żjara ta’ korteżija lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
L-E.T. l-Ambaxxatur Barkin Kayaoglu, Ambaxxatur tar-Repubblika tat-Turkija għal Malta, għamel żjara ta' korteżija lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco fil-binja prinċipali tal-Bank, fid-19 ta' Novembru 2026.
Matul il-laqgħa, il-Gvernatur u l-Ambaxxatur Kayaoglu skambjaw fehmiet dwar materji ta' interess reċiproku, inklużi żviluppi ekonomiċi u finanzjarji, u ddiskutew oqsma fejn tista' tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn Malta u t-Turkija.
Iż-żjara tifforma parti mill-impenn kontinwu tal-Bank Ċentrali ta' Malta mal-komunità diplomatika u l-imsieħba internazzjonali, u trawwem id-djalogu u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali.

Ritratt: Melvin Bugeja/Bank Ċentrali ta' Malta
Lura lejn l-Arkivju