News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
-
01 ta' Lulju 2025
L-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, is-Sur Alexander Demarco, flimkien mal-Gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) u uffiċjali għolja mill-Albanija, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall u San Marino nġabru f’Varese, l-Italja, fis-26 u s-27 ta’ Ġunju għal-laqgħa tal-kostitwenza FMI-WBG.
-
27 ta' Ġunju 2025
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’Mejju t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali batta ftit iżda baqa’ moderatament ogħla mill-medja storika.
-
25 ta' Ġunju 2025
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta laqa’ delegazzjoni ta’ uffiċjali regolatorji mir-Repubblika tal-Kosovo sabiex uffiċjali tiegħu jaqsmu magħhom l-esperjenzi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML) u l-finanzjament tat-terroriżmu (CFT).
-
12 ta' Ġunju 2025
Il-Bank Ċentrali ta' Malta llum ippubblika t-tielet Rapport annwali tiegħu dwar Rappurtaġġ Finanzjarju marbut mal-Klima għall-portafoll ta' assi finanzjarji tiegħu li mhumiex marbuta mal-politika monetarja.
-
06 ta' Ġunju 2025
Skont l‑aħħar tbassir tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, it‑tkabbir fil‑prodott domestiku gross (PDG) reali f'Malta għandu jbatti minn 6.0% fl‑2024 għal 4.0% fl‑2025 u jimmodera aktar fis‑sentejn ta’ wara biex jilħaq it-3.3% fl‑2027.