News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
01/07/2025 07:54:00
L‑Aġent Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil‑laqgħa tal‑kostitwenza tal‑FMI u l‑Bank Dinji f’Varese, l‑Italja
L-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco, flimkien mal-Gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) u uffiċjali għolja mill-Albanija, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall u San Marino nġabru f'Varese, l-Italja, fis-26 u s-27 ta' Ġunju għal-laqgħa tal-kostitwenza FMI-WBG.
Il-laqgħa kienet ospitata mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Italja u l-Banca d'Italia.
Il-laqgħa kienet indirizzata mill-Ministru tal-Finanzi tal-Italja, is-Sur Giancarlo Giorgetti u d-Deputat Gvernatur Anzjan tal-Banca d'Italia, is-Sur Luigi Federico Signorini. Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll id-Diretturi Eżekuttivi, is-Sur Riccardo Ercoli u s-Sur Matteo Bugamelli, li jirrappreżentaw il-kostitwenza fl-FMI u l-WBG rispettivament.
Is-suġġetti diskussi inkludew żviluppi riċenti u sfidi futuri għall-FMI u l-WBG, l-immaniġġjar tar-riskji tad-diżastri u l-politika industrijali, il-kompetittività u l-kunsiderazzjonijiet tat-tkabbir.
Lura lejn l-Arkivju