News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
-
24 ta' Jannar 2025
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fir-raba’ kwart tal‑2024, il-proporzjon nett tan-negozji li rrappurtaw kundizzjonijiet aħjar tan-negozju ddgħajjef meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel - minn 15% niżel għal 9%.
-
22 ta' Jannar 2025
Fid-dawl tal-applikazzjoni riċenti tar-Regolament (UE) 2024/886 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-13 ta' Marzu 2024, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 260/2012 u (UE) 2021/1230, kif ukoll id-Direttivi 98/26/KE u (UE) 2015/2366 fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji f'euro, il-Bank Ċentrali ta' Malta nħatar bħala l-Awtorità Kompetenti nazzjonali skont dan ir-Regolament.
-
16 ta' Jannar 2025
L-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, is-Sur Alexander Demarco, iffirma ftehim kollaborattiv ma’ Heritage Parks Federation, irrappreżentata mis-Sur Martin Galea u s-Sur Darren Saliba, fejn wiegħed l-appoġġ tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (BĊM) sabiex bini militari Brittaniku mitluq fil-Park tan-Natura u l-Istorja tal-Majjistral jiġi restawrat u jsir sala għall-avvenimenti.
-
16 ta' Jannar 2025
Il Bank Ċentrali ta' Malta (il Bank) illum ippubblika test aġġornat tad Direttiva Nru 1 dwar il Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta' Pagament.