News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025

28/04/2025 08:26:00

L‑Aġent Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta jipparteċipa fil-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-FMI u l-Bank Dinji għall-2025

L-Aġent Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, is-Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji għall-2025, li saru f'Washington D.C. mill-21 sas-26 ta' April.

Il-Laqgħat Annwali tar-Rebbiegħa jlaqqgħu flimkien bankiera ċentrali, ministri għall-finanzi, uffiċjali għall-iżvilupp, u eżekuttivi tas-settur privat minn madwar id-dinja biex jiddiskutu materji ta' natura ekonomika globali.

Matul iż-żjara tiegħu, is-Sur Demarco kellu sensiela ta' impenji ta' livell għoli ma' mexxejja finanzjarji internazzjonali ewlenin. Iltaqa' mal-membri tat-team tal-Article IV Mission tal-FMI, immexxi mis-Sur Kotaro Ishi, u kellu diskussjonijiet mad-Diretturi Eżekuttivi tal-FMI, is-Sur Riccardo Ercoli u s-Sur Alfred Kammer. Barra minn hekk, is-Sur Demarco ltaqa' mad-Direttur Eżekuttiv tal-Bank Dinji, is-Sur Matteo Bugamelli, kif ukoll mad-Direttur għar-reġjun tal-Maghreb tal-Bank Dinji, is-Sur Ahmadou Moustapha Ndiaya.

Dawn il-laqgħat ipprovdew pjattaforma importanti għall-iskambju ta' fehmiet dwar l-andament u l-prospetti ekonomiċi ta' Malta, kif ukoll dwar żviluppi finanzjarji reġjonali u globali usa'.

Lura lejn l-Arkivju