News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

14/11/2023 09:02:00

B’laqta roża u blu nsaħħu l-għarfien: Il-Bank Ċentrali ta’ Malta b’sapport għal Pink October u Movember

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta għal darb'oħra wera l‑impenn tiegħu lejn kawżi tas-soċjetà. Fl-okkażjoni tal-Pink October u Movember, il‑Bank ingħaqad ma' diversi organizzazzjonijiet u individwi biex iqajjem kuxjenza akbar u jiġbor fondi b'risq dawn il‑kampanji.

Fis-27 ta' Ottubru, il-Bank ingħata laqta roża. L-impjegati, libsin b'dan il-kulur, kienu milqugħa b'pastini roża mal-wasla tagħhom, filwaqt li ġew imħeġġa jagħtu l-appoġġ finanzjarju tagħhom b'risq il-Hospice Foundation. Il‑Bank organizza wkoll lekċer mogħtija mill-aromaterapista klinika u terapista fil-kura tal-onkoloġija u paljattiva, Ms Marika Fleri, rikonoxxuta sew għal ħidmietha f'dan il-qasam u maħtura mill-President ta' Malta bħala l-Koordinatur tal-Pjattaforma Nazzjonali għall-Kanċer. 

Pastini roża b'sapport għal Pink October

L-involviment tal-Bank Ċentrali ta' Malta fil-Pink October u l-Movember huwa xhieda oħra tad-dedikazzjoni tiegħu lejn ir-responsabbiltà soċjali. Il-Bank jgħin ukoll, mhuwiex biss għall-attività bankarja; iżda qiegħed hemm biex jagħmel differenza fil-komunità. U f'dan il-każ, b'laqta roża tgħodd!

Il-Bank b'sapport għal Movember

Lura lejn l-Arkivju