News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
-
27 ta' Diċembru 2023
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’Novembru, b’mod ġenerali it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali kien konformi mal-medja storika.
-
18 ta' Diċembru 2023
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ipparteċipa f'diskussjoni tal‑panel organizzata mill‑Bank Ċentrali tas-Slovenja bit-titlu ‘Digital Euro: Cash meets Technology’, fejn il-membri tal-panel iddiskutew għaliex il-banek ċentrali qed jikkunsidraw li joħorġu euro diġitali, il-benefiċċji tal-munita diġitali għall-utenti, ir-riskji potenzjali u l-effetti tal-euro diġitali fuq il-flus kontanti.
-
15 ta' Diċembru 2023
Skont l-aħħar tbassir tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta mistenni li jikber bi 3.8% fl-2024, u jinżel għal 3.6% fl-2025, u għal 3.3% sal-2026. Għall-2024, dan ifisser reviżjoni ’l fuq meta mqabbel mat-tbassir preċedenti tal-Bank, filwaqt li għall-2025 il-prospetti ma nbidlux.
-
07 ta' Diċembru 2023
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta organizza l‑Forum annwali tiegħu għall‑Istabbiltà Finanzjarja fis‑6 ta’ Diċembru 2023 f’Binja Laparelli. L-għan tal-Forum huwa li jiġbor flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin fis-settur bankarju u finanzjarju biex jiddiskutu l-aħħar sfidi u żviluppi li għandhom impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja. Il-Forum ta’ din is-sena kien ippresedut minn Mr Alan Cassar, Chief Officer għall-Istabbiltà Finanzjarja u l-Istatistika.
-
06 ta' Diċembru 2023
Fil-21 ta’ Novembru, iċ-Chief Economist tal-Bank, Dr Aaron G. Grech u Mr Kurt Sant, senior economist fil-Fiscal Affairs and Reports Office, taw preżentazzjoni f’avveniment ta’ taħriġ ta’ evalwazzjoni attwarja reġjonali organizzat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Dan il-workshop, li sar bejn l-20 u l-24 ta’ Novembru f’Bangkok, it-Tajlandja, kien maħsub biex isaħħaħ il-kapaċità attwarja tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-Asja.