News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
21/07/2023
Ħames impjegati tal-Bank Ċentrali jiċċelebraw il-ħamsa u għoxrin sena servizz din is-sena
Din is-sena, ħames impjegati qed jiċċelebraw il-ħamsa għoxrin sena ta’ servizz tagħhom fil-Bank. L-impjegati huma Ms Elaine Aquilina, Mr Adrian Attard, Ms Kathleen Cutajar, Ms Julie Saliba u Mr Antoine Scicluna.

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, ma’ Antoine Scicluna waqt iċ-ċerimonja ta’ 25 sena ta’ servizz
F’ċerimonja li saret fil‑Board Room tal‑Bank, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali, il‑Professur Edward Scicluna rringrazzja lill‑impjegati għax‑xogħol ħabrieki, id-dedikazzjoni u l-lealtà li wrew tul il-ħamsa u għoxrin sena filwaqt li ppreżentalhom ċekk u tifkira.

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, ma’ Kathleen Cutajar waqt iċ-ċerimonja ta’ 25 sena ta’ servizz
Preżenti għaċ-ċelebrazzjoni kien hemm iż-żewġ Deputati Gvernaturi, Mr Alexander Demarco u Mr Oliver Bonello, u ċ-Chief Officers tal-Bank, Mr Paul Farrugia, Mr Daniele Romano u Mr Benoit Waelkens.
Persuna mill‑impjegati, bħala ġest reċiproku, tat donazzjoni ta' 25 siegħa mil-leave ta' btala li marru fil-Fond tal-Leave għall-impjegati tal‑Bank flimkien ma' donazzjoni ta' flus lill‑kampanja annwali għat-tkabbir tas‑siġar tal‑Bank bħala benefiċċju għall‑komunità.
Il‑Gvernatur irringrazzja lil din il-persuna għal dan il‑ġest nobbli.
Ritratti: Melvin Bugeja
Lura lejn l-Arkivju