News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2022

13/09/2022

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil‑laqgħat tal‑ECOFIN u fil‑Forum Finanzjarju tal-EUROFI fi Praga

Fid‑9 ta’ Settembru 2022, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil‑laqgħat tal‑ECOFIN u tal‑EUROFI fi Praga, ir‑Repubblika Ċeka. 

Il-laqgħa tal-ECOFIN li għaliha attendew b’mod konġunt il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-UE u l-Ministri għall-Finanzi tal-UE ddiskutew l-immaniġġjar tal-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji għall-Ewropa li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. 

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil‑laqgħat tal‑ECOFIN u fil‑Forum Finanzjarju tal-EUROFI fi Praga

Aktar kmieni matul dak il-jum, il‑Gvernatur Scicluna pparteċipa f’diskussjoni tal‑panel tal‑EUROFI bit-titlu ‘Monetary Policy and Stagflation: Challenges and Way Forward in Europe’. Il-panel kien ippresedut minn B. Vujčić (Bank Nazzjonali tal-Kroazja) b’kelliema magħrufa R. Holzmann (Bank Ċentrali tal-Awstrija), Y. Stournaras (Bank Ċentrali tal-Greċja), M. Kazāks (Bank Ċentrali tal-Latvja) u M. Centeno (Bank Ċentrali tal-Portugall) li pparteċipaw fil-panel. Żewġ kelliema għall-industrija P. Heim (Banque Postale) u C. Staub (Fidelity) ipparteċipaw ukoll fid-diskussjoni tal-panel flimkien ma’ J. de Larosière bħala l-espert tal-panel.

Il-EUROFI ġie stabbilit fis-sena 2000 bil-għan li jikkontribwixxi għat-tisħiħ u l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji Ewropej. Iservi bħala pjattaforma għal skambji bejn l-industrija tas-servizzi finanzjarji u l-awtoritajiet pubbliċi, b’diskussjonijiet li jindirizzaw l-aħħar żviluppi fil-politika finanzjarja u x-xejriet makroekonomiċi u tal-industrija li jaffettwaw is-settur finanzjarju. 

Informal ECOFIN – Working Lunch of Central Bank Governors
Informal ECOFIN – Working Lunch of Central Bank Governors

Lura lejn l-Arkivju