News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2021

12/01/2021

Il-Fondazzjoni tisponsorja kotba dwar l-istorja medika

Is-Central Bank of Malta Foundation sponsorjat 140 kopja tal-ktieb ippubblikat dan l-aħħar intitolat “A Brief Illustrated History of Medicine” tal-kirurgu/uroloġist irtirat, il-Prof. Carmel Lino Cutajar, li ser jiġi ppreżentat lit-tobba li għadhom kif iggradwaw.

F’dan il-ktieb, ippreżentat b’mod innovattiv b’immaġini bil-kulur mill-kollezzjoni estensiva tiegħu tal-filatelija medika, il-Prof. Cutajar jitkellem dwar l-istorja tal-mediċina minn żminijiet antiki sa dan is-seklu, jirrifletti dwar l-avvenimenti ewlenin li ta’ spiss heddew is-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jenfasizza l-avvanzi enormi li saru matul is-sekli fil-kontroll ta’ diversi tipi ta’ mard. Huwa jagħti ġieħ lill-pijunieri mediċi li kienu responsabbli għal skoperti ta’ trattamenti li jsalvaw il-ħajja matul iż-żminijiet.

Il-Fondazzjoni kkuntattjat lill-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina ta’ Malta u pproponiet li tisponsorja kopji tal-ktieb biex jiġu ppreżentati lill-istudenti tal-mediċina li lestew l-istudji tagħhom b'suċċess matul sena daqshekk diffiċli bħall-2020.

Il-Prof. Cutajar huwa membru tal-kumitat dwar l-istorja tas-Soċjetà Ewropea tal-Kirurġija. Fl-2014, huwa kien ippubblika l-awtobijografija tiegħu “In at the Deep End” li kopriet il-ħames deċennji tiegħu bħala kirurgu fl-Ingilterra, l-Arabja Sawdija u Abu Dhabi qabel ma rritorna lejn Malta biex iniedi d-dipartiment tal-uroloġija u l-endoskopija, u sussegwentement inħatar Direttur u Kap tad-Dipartiment tal-Kirurġija.

A Brief Illustrated History of Medicine

Lura lejn l-Arkivju