News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

29/07/2020 17:00:00

Każ tal-COVID-19 fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Fit‑28 ta’ Lulju, il‑Bank irreġistra każ wieħed tal‑COVID‑19. Malli din l‑informazzjoni ġiet irrappurtata lill‑maniġment fis‑18:46, il‑Bank ħa azzjoni immedjata u wettaq contact tracing fi ħdan il‑Bank sabiex jistabbilixxi liema impjegati setgħu potenzjalment kienu f’kuntatt mal‑persuna li kienet ittestjata pożittiva.

Barra dan, l‑impjegati kollha fid‑dipartiment konċernat ingħataw struzzjonijiet sabiex jaħdmu mid‑dar sakemm jinħareġ avviż ieħor. Impjegati oħrajn li ġew f’kuntatt ma’ din il‑persuna ttestjata pożittiva ntalbu wkoll biex jaħdmu mid‑dar. Dawn l‑impjegati kollha ntalbu biex jiġu ttestjati għall‑COVID‑19.

Saret ukoll operazzjoni ta’ diżinfezzjoni fil-binja konċernata minn speċjalista fil-kontroll u l-prevenzjoni tal-infezzjonijiet. L‑operazzjoni tlestiet fl‑21:45 tat‑28 ta’ Lulju 2020.

Il‑Bank jassigura li l‑miżuri neċessarji kollha ttieħdu u ser ikomplu jittieħdu sabiex tiġi żgurata s‑saħħa tal‑impjegati kollha.

Lura lejn l-Arkivju