News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2020

  • 25 ta' Marzu 2020

    Ħruġ ta' Direttiva ġdida

    Wara l-ħruġ tal-avviż tal-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa għan-nies sabiex jibqgħu ġewwa kemm jista’ jkun possibbli, il-Bank Ċentrali ta’ Malta llum ħareġ Direttiva dwar miżuri importanti li jikkonċernaw iċ-ċekkijiet li – fost affarijiet oħrajn – ser jippermettu li dawk il persuni li ma jistgħux iżuru fergħat tal-banek jew fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħrajn, ikunu jistgħu jiddepożitawhom permezz ta’ partijiet terzi.

  • 09 ta' Marzu 2020

    Policy note dwar l-impatt tal-bidliet fl-età tal-pensjoni

    In-numru ta’ rġiel minn 50 sena ’l fuq li jaħdmu full-time żdied minn madwar 26,000 fl-2008 għal kważi 33,000 fl-2018, filwaqt li l-għadd ta’ ħaddiema nisa f’dik il-kategorija ta’ età żdied b’iktar mid-doppju, minn 7,000 għal aktar minn 14,000, skont policy note ppubblikata mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

  • 03 ta' Marzu 2020

    Stħarriġ dwar l-Użu ta’ Mezzi ta’ Pagamenti

    Aktar minn terz tal-Maltin iġorru bejn €21 u €50 fil-kartiera tagħhom, b’inqas minn wieħed minn kull għaxra jġorru aktar minn €100, skont l-Istħarriġ dwar l-użu ta’ mezzi ta’ pagamenti li sar mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

  • 28 ta' Frar 2020

    Il-Bank Ċentrali Ta’ Malta jħarreġ professjonisti fil-maniġġ tal-flus

    Kulħadd juża l‑flus, kemm jekk kaxxier ġo bank, bejjiegħ jew tifel jew tifla li jirċievu l‑pocket money.

  • 24 ta' Frar 2020

    Il-BĊE jniedi Verifika tal-Istrateġija

    Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) nieda portal fuq is-sit elettroniku tiegħu ddedikat għall-Verifika tal-Istrateġija mħabbra mill-President Christine Lagarde mal-ħatra tagħha f’Novembru li għadda.