News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2020

27/02/2020

Konsultazzjoni Pubblika

Il-BĊE kkanċella s-smigħ pubbliku dwar l-abbozz ta' regolament tal-BĊE li jemenda r-regolament tal-istatistika tal-pagament bħala riżultat ta' miżuri meħuda sabiex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19. L-iskadenza biex jintbagħtu kummenti għall-konsultazzjoni pubblika ġiet estiża għas-7 ta' Mejju 2020.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qiegħed fil-proċess li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-BĊE tat-28 ta' Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-pagamenti (BĊE/2013/43). Din l-emenda għandha l-għan li ssaħħaħ dan il-qafas ta' statistika sabiex tinkludi s-servizzi ġodda ta' pagament disponibbli fis-suq, l-iżviluppi relatati fil-leġiżlazzjoni Ewropea u biex ikopri firxa usa' ta' użi tal-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti.

Konsultazzjoni pubblika, li tibda nhar il-Ħamis 27 ta' Frar 2020 sal-Ħamis 7 ta' Mejju 2020, qed titnieda mill-BĊE sabiex tagħti l-opportunità lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar dan l-abbozz ta' Regolament tal-BĊE.

Id-dokument ta' konsultazzjoni pubblika, inklużi l-emendi proposti għar-Regolament u l-mudell ta' rappurtaġġ, jinsab hawn

Matul dan il-perjodu ta' konsultazzjoni, partijiet interessati huma mistiedna jgħaddu l-kummenti direttament lill-BĊE, kif indikat hawn fuq, sa mhux aktar tard mill-Ħamis 7 ta' Mejju 2020.

Lura lejn l-Arkivju