News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
01/08/2018
Lekċer pubblika minn Dr Charles J Farrugia ġewwa l-Bank Ċentrali ta’ Malta
It‑Tlieta 31 ta' Lulju 2018, il‑Librerija tal‑Bank Ċentrali ta' Malta organizzat lekċer pubblika li saret minn Dr Charles J. Farrugia bit‑tema 'Sources of Malta's Economic History: The views of the National Archivist'.
Il‑lekċer ta' Dr Farrugia ffukat fuq kif is‑sorsi arkivjali ntużaw s'issa fil‑kitba u fl‑analiżi tal‑istorja ekonomika ta' Malta. Ġew diskussi l‑limitazzjonijiet fl‑aċċess għal ċerti arkivji u ġew identifikati wkoll għadd ta' arkivji potenzjali u sorsi speċifiċi li jeħtieġu li jkunu miftuħa għall‑pubbliku. Dr Farrugia enfasizza l‑ħtieġa urġenti li jinbena arkivju nazzjonali li jkun jista' jakkomoda kemm rekords tradizzjonali u dawk elettroniċi. L‑importanza ta' metadata, portals ta' riċerka u networking suffiċjenti bejn azjendi differenti kienet indikata bħala prerekwiżit għal progressi ġodda fil‑kitba tal‑istorja ekonomika ta' Malta u suġġetti oħrajn ta' importanza nazzjonali.
Lura lejn l-Arkivju