News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018

11/05/2018

Lekċer pubblika mill-Professoressa Rosa María Lastra fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il‑Ġimgħa 11 ta' Mejju 2018 saret lekċer pubblika ġewwa l‑Bank Ċentrali ta' Malta mill‑Professoressa Dr Rosa María Lastra, bit‑tema Regulatory Developments impacting Central Banking. Din il‑lekċer hi parti minn serje ta' avvenimenti organizzati sabiex il-Bank ifakkar il‑ħamsin anniversarju tiegħu.

Waqt li tkellmet dwar kif banek ċentrali madwar id‑dinja rrispondew għall‑kriżi finanzjarja kbira, il‑Professoressa Dr Lastra nnutat li ż‑żieda fil-populiżmu affettwat l‑indipendenza tal‑banek ċentrali. Waqt li ddeskriviet l‑isfidi li l‑komunità internazzjonali tal‑banek ċentrali qiegħda taffaċċja, il‑Professoressa Dr Lastra irrimarkat li: "Ir‑Regolamenti għandhom jiġu mfassla fi żminijiet tajbin, meta ż‑żieda mgħaġġla fis‑self u l-ottimiżmu eżuberanti joskuraw l‑eżerċizzju b'saħħtu ta' ġudizzju fil‑maniġġ tar‑riskji, u mhux fi żminijiet diffiċli, meta jkun hemm reazzjoni għall‑kriżi".

Dr Pauline Lanzon, is‑Senior Legal Counsel tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, laqgħet lill-parteċipanti għal-lekċer u tat kummentarju storiko‑legali qasir dwar l‑iżviluppi strateġiċi li ffurmaw lill‑Bank matul l‑aħħar nofs seklu.

Il‑lekċer tal‑Professoressa Dr Lastra kienet l‑ewwel waħda minn serje ta' lekċers pubbliċi organizzati mill‑Bank fil‑qasam tal‑banek ċentrali u li se jsiru minn studjużi u policymakers prominenti internazzjonali.

Public Lecture by Professor Rosa María Lastra

Public Lecture by Professor Rosa María Lastra

Lura lejn l-Arkivju