News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

09/05/2018

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza kunċert fir-Residenza San Vinċenz de Paul

L‑Erbgħa 9 ta' Mejju 2018, il‑Bank Ċentrali ta' Malta organizza kunċert ġewwa r‑Residenza San Vinċenz de Paul bħala parti miċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑ħamsin anniversarju tiegħu. Is‑sezzjoni tar‑ram tal‑Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) daqqet għanjiet popolari bil‑parteċipazzjoni tal‑kantant Daniel Cauchi, u ħadet lill‑udjenza anzjana lura fiż‑żmien.

Kien hemm preżenti għall‑kunċert il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta li enfasizza t‑tħassib tal‑Bank bil‑konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tat-tixjiħ tal‑popolazzjoni. F'indirizz introduttiv qasir, is‑Segretarju Parlamentarju għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva l‑Onor. Anthony Agius Decelis enfasizza l‑importanza tal‑kwalità tal‑ħajja għaċ‑ċittadini anzjani. Il‑kultura hija element tal‑anzjanità attiva.

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jappoġġja lill‑MPO permezz ta' ftehim korporattiv li jgħin lill‑orkestra fix‑xiri ta' strumenti mużikali u fil‑programm ta' internship tal‑Orkestra. Dan il‑programm jagħti l‑opportunità lil mużiċisti żgħażagħ sabiex jippreparaw għal karriera fil‑mużika u jissieħbu fl‑Orkestra taż‑Żgħażagħ ta' Malta.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza kunċert fir-Residenza San Vinċenz de Paul

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza kunċert fir-Residenza San Vinċenz de Paul

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza kunċert fir-Residenza San Vinċenz de Paul

Lura lejn l-Arkivju