News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2018

01/02/2018

Tisrif tal-karti tal-flus Maltin tal-Ħames Serje

Il-Bank Ċentrali ta' Malta jixtieq jinforma lill-pubbliku li f'termini ta' Artikolu 62(1) tal-Att tal-Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204), il-karti tal-flus Maltin tal-Ħames Serje ma għadhomx jissarrfu wara n-12.30 p.m. tal-Erbgħa 31 ta' Jannar 2018. Minħabba f'hekk, dawn il-karti tal-flus issa huma bla valur.

Lm15,638,748, ekwivalenti għal €36,428,483.57, baqgħu mhux imsarrfa sad-data tal-għeluq tal-31 ta' Jannar 2018.

Lm412,916, ekwivalenti għal €961,835.55, ġew imsarrfa matul Jannar 2018. L-ikbar ammont ġie msarraf fl-aħħar ġurnata, fil-31 ta' Jannar 2018, meta Lm78,178, ekwivalenti għal €182,105.75, ġew iddepożitati l-Bank. Fl-istess jum ġiet irreġistrata wkoll l-ikbar tranżazzjoni ta' Lm28,190, ekwivalenti għal €65,665.04.

Lura lejn l-Arkivju