News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017

09/06/2017

Il-Prospetti għall-Ekonomija Maltija 2017-2019

L-attività ekonomika f'Malta hi mistennija li tibqa' b'saħħitha tul il-perjodu tat-tbassir, sostnuta minn fatturi ta' domanda u provvista. B'mod partikolari, ir-riformi fl-enerġija li saru matul dawn l-aħħar snin, proġetti ġodda ta' investiment, żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u esportazzjoni qawwija ta' servizzi huma l-istimoli ewlenin li jsostnu t-tkabbir ekonomiku. It-tkabbir fil-PDG reali hu mbassar li jkun 4.4% fl-2017. Hu mbassar imbagħad li jbatti għal 4.0% fl-2018, u 3.5% fl-2019.

B'riżultat ta' dan, is-suq tax-xogħol hu mistenni li jibqa' f'livelli stretti, bir-rata tal-qgħad tkompli tinżel għal 4.5% fl-2017, qabel ma titla' bi ftit għal 5.1% sal-2019.

L-inflazzjoni fil-prezzijiet għall-konsumatur hi mistennija li tirpilja din is-sena, hekk kif il-kontribut tal-prezzijiet tal-enerġija hu mistenni li jsir wieħed pożittiv. L-inflazzjoni annwali, ibbażata fuq l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP), għandha tiżdied minn 0.9% fl-2016 għal 1.4% fl-2017. Hi mistennija mbagħad li titla' għal 1.8% sal-2019, minħabba rpiljar fil-prezzijiet internazzjonali tal-prodotti bażiċi u fil-pressjonijiet tal-ispejjeż domestiċi.

F'termini ta' finanzi pubbliċi, il-bilanċ tal-gvern ġenerali hu mistenni li jibqa' pożittiv bejn l-2017 u l-2019. Sadattant, il-proporzjon tad-dejn għall-PDG hu mistenni li jinżel taħt il-50%.

Aktar dettalji dwar l-aħħar tbassir tal-Bank jinsabu hawn

 

Lura lejn l-Arkivju