Tbassir ekonomiku
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jissorvelja mill‑qrib il‑prospetti għall‑ekonomija Maltija. It‑tbassir għall‑indikaturi makroekonomiċi ewlenin, bħall‑prodott domestiku gross u u l‑komponenti tiegħu, kif ukoll l‑impjiegi u l‑qgħad, l‑inflazzjoni u l‑iżviluppi fil‑finanzi pubbliċi huma ppubblikati erba' darbiet fis‑sena; jiġifieri fi Frar, Ġunju, Awwissu, u f'Diċembru, fuq is-sit elettroniku tal-Bank. It-tbassir ta' Frar huwa inkluż ukoll fir‑Rapport Annwali tal‑Bank (ippubblikat f'Marzu). It‑tbassir ikopri s‑sena kurrenti u t‑tliet snin ta' wara.
Stqarrija għall-istampa: Il-Prospetti għall-Ekonomija Maltija 2022-2025 (Frar 2023)
Latest projections - February 2023
|
2022
|
2023
|
2024
|
2025 |
Tkabbir fil-PDG (% sena fuq sena)
|
6.8
|
3.7
|
3.6
|
3.5 |
Rata tal-inflazzjoni (% sena fuq sena)
|
6.1
|
4.5
|
2.3
|
2.1 |
Rata tal-qgħad
|
3.0
|
3.0
|
3.2
|
3.2 |
Bilanċ tal-baġit tal-Gvern Ġenerali (% tal-PDG)
|
-5.2
|
-4.9
|
-3.8
|
-2.9 |
Dejn tal-Gvern Ġenerali (% tal-PDG)
|
54.9
|
56.8
|
57.9
|
57.9 |
Matul is‑snin, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħa ħsieb li jipproduċi tbassir konsistenti, trasparenti u kredibbli tal‑indikaturi makroekonomiċi, fiskali u tal‑inflazzjoni. Dan it‑tbassir ekonomiku jirrifletti numru ta' suppożizzjonijiet tekniċi pprovduti mill‑Bank Ċentrali Ewropew lill‑banek ċentrali nazzjonali kollha taż‑żona tal‑euro. Dan il‑proċess hu spjegat hawn taħt:
The Forecasting Process at the Central Bank of Malta