News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2017

05/05/2017

Iffirmar tal-Ftehim Kollettiv bejn il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Union Ħaddiema Bank Ċentrali

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑Union Ħaddiema Bank Ċentrali (UHBC), li tirrappreżenta l‑impjegati fil‑gradi klerikali u executive, illum iffirmaw ftehim kollettiv li jkopri l‑perjodu mill-2016 sal-2019.

Il‑ftehim jimmira li jitjieb il‑bilanċ bejn il‑bżonn kontinwu għal aktar produttività, effiċjenza u kwalità sabiex jintlaħqu r‑rekwiżiti kurrenti fl‑attività tal‑banek ċentrali, konformi mal‑istandards Ewropej u globali, u t‑titjib fil‑kundizzjonijiet għall‑impjegati tal‑bank.

Il‑ftehim jippermetti wkoll modi ġodda sabiex jiġu ppremjati l‑ħiliet u l‑eċċellenza. Ġew introdotti sistemi aktar effiċjenti ta' reklutaġġ u ta' kejl tal‑prestazzjoni tal‑impjegati, kif ukoll titjib fil‑miżuri favur il‑familja li jippermettu bilanċ aħjar bejn ix‑xogħol u l‑ħajja privata tal‑impjegati.

F'diskors qasir, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑President tal‑UHBC irrikonoxxew il‑fatt li n‑negozjati ħadu fit‑tul biex jiġu konklużi, iżda fl‑aħħar il‑ftehim indirizza u rriżolva kwistjonijiet importanti kemm għall‑Bank u kif ukoll għall‑Union. 

Collective agreement 2017

collective agreement 2017

Lura lejn l-Arkivju