News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2015
-
19 ta' Ġunju 2015
It-Tlieta 23 ta’ Ġunju 2015, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2015.
-
18 ta' Ġunju 2015
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l‑ewwel ħarġa tar‑Rivista tiegħu ta' Kull Tliet Xhur għas‑sena 2015, li tanalizza l‑iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji riċenti f'Malta u barra minn Malta, u tippreżenta t‑tbassir ekonomiku l‑aktar riċenti tal‑Bank.
-
15 ta' Ġunju 2015
B'referenza għall‑allegazzjonijiet li dehru fl‑istampa l‑Ħadd 14 ta' Ġunju 2015, li impjegat tal‑Bank Ċentrali ta' Malta kien involut fil‑ħruġ ta' informazzjoni kunfidenzjali, il‑Bank jixtieq jafferma li dawn l‑allegazzjonijiet serji qed jiġu ttrattati skont ir‑regoli u l‑proċeduri stabbiliti, bħalma dejjem għamel fil‑passat, u li s'issa ma ttieħdu ebda passi dixxiplinarji.
-
15 ta' Ġunju 2015
-
05 ta' Ġunju 2015
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Malta Community Chest Fund ikkollaboraw flimkien fit- tnedija ta’ programm dwar ħruġ ta’ muniti b’temi soċjali.