News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2015

19/06/2015

Ħruġ ta’ sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2015

It‑Tlieta 23 ta' Ġunju 2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ sett ġdid ta' muniti tal‑euro datat 2015. Is‑sett jinkludi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin, kif ukoll munita taż‑€2 li tikkommemora l‑bidla fl‑istat ta' Malta għal repubblika fl‑1974. Din il‑munita hija l‑ħames u l‑aħħar waħda mis‑serje li tfakkar avvenimenti importanti fl‑istorja kostituzzjonali ta' Malta.

Il‑muniti kollha fis‑sett kienu maħduma fir‑Royal Dutch Mint. Il‑muniti tal‑euro ġew iddisinjati minn Noel Galea Bason, filwaqt li l‑munita kommemorattiva taż‑€2 kienet iddisinjata minn Ġanni Bonnici.

Is‑sett, ippreżentat f'kaxxa distintiva, jinkludi wkoll munita replika taż‑żmien Normann. L‑istampar tas‑sett hu limitat għal 30,000 sett. Dan is‑sett jista' jinxtara mill‑Malta Coins Distribution Centre fil‑bini prinċipali tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, jew billi timtela formola li tinstab fuq is‑sit tal‑Bank.

Għal aktar tagħrif, il‑pubbliku hu ġentilment mitlub jikkuntattja lill‑Malta Coins Distribution Centre billi jibgħat email jew iċempel fuq (+356) 2550 6006/7/8.

Sett ta' muniti datat 2015 

Lura lejn l-Arkivju