News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
-
03 ta' Awwissu 2026
Matul l-ewwel kwart tal‑2026, it‑tkabbir fil‑Prodott Domestiku Gross (PDG) reali mmodera meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel, għalkemm baqa’ b’saħħtu.
-
31 ta' Lulju 2026
L‑attività ekonomika f’Malta mmoderat iżda b’mod ġenerali baqgħet mal‑medja storika tagħha.
-
27 ta' Lulju 2026
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li, fit-tieni kwart tal‑2026, ħafna min-negozji mistħarrġa komplew jinnutaw kundizzjonijiet stabbli jew li qed jitjiebu, bil-bilanċ nett ta’ dawk li rrappurtaw titjib fil-kundizzjonijiet attwali jilħaq 41% minn 33% fil-kwart ta’ qabel.
-
14 ta' Lulju 2026
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, is-Sur Alexander Demarco, u d-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għall-Politika Monetarja, is-Sinjura Rita Schembri, flimkien mal-Gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Grupp tal-Bank Dinji (WBG) kif ukoll uffiċjali għolja mill-Albanija, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall u San Marino ltaqgħu f’Liżbona, il-Portugall, fis-6 u s-7 ta’ Lulju għal-laqgħa tal-kostitwenza FMI-WBG.
-
02 ta' Lulju 2026
Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, is‑Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil‑Forum tal‑BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali li sar f'Sintra, il‑Portugall, bejn id‑29 ta’ Ġunju u l‑1 ta’ Lulju 2026.