News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
-
16 ta' Ġunju 2026
Riċentement, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppremja lir‑rebbieħa tal‑Isfida EuroSteps Walking, inizjattiva ta’ litteriżmu finanzjarju organizzata mill‑Bank Ċentrali Ewropew b'kollaborazzjoni mal‑banek ċentrali nazzjonali tal‑Eurosistema.
-
15 ta' Ġunju 2026
Il-Bank Ċentrali ta' Malta llum ippubblika verżjoni aġġornata tad-Direttiva Nru 6 dwar Ġenerazzjoni Ġdida tas-Sistema ta' Trasferiment fil-Pront Awtomatizzat Trans-Ewropew għall-Pagament Gross fil-Pront (TARGET), li timplimenta għadd ta' emendi introdotti bil-Linja Gwida BĊE/2026/11, li l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew adotta fl-4 ta' Mejju 2026.
-
12 ta' Ġunju 2026
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Istitut Internazzjonali tal-Istatistika (ISI) u l-Università ta’ Malta, organizza żewġ korsijiet qosra speċjalizzati bħala parti mill-ħames Konferenza Reġjonali tal-Istatistika(RSC) tal-ISI u kkontribwixxa wkoll għall-konferenza ewlenija permezz ta’ sensiela ta’ preżentazzjonijiet.
-
11 ta' Ġunju 2026
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta llum ippubblika r-raba’ Rapport tiegħu dwar l-Informazzjoni Finanzjarja Relatata mal-Klima għall-Portafolji ta’ Investiment li mhumiex marbuta mal-Politika Monetarja (NMPPs).
-
28 ta' Mejju 2026
L‑attività ekonomika f’Malta mmoderat xi ftit. L-indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li f’April it-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali tbaxxa lejn il-medja storika.