News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
-
24 ta' Lulju 2025
L‑aħħar djalogu li sar bejn il‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għadd ta’ kumpaniji mhux finanzjarji juri li fit-tieni kwart tal‑2025, il-kundizzjonijiet ġenerali tan-negozju fl-ekonomija baqgħu pożittivi, iżda bi prestazzjoni mħallta fost is-setturi.
-
18 ta' Lulju 2025
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta, l‑Università ta’ Malta, u t-Trust għar-Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp iffirmaw Ftehim ta’ Kollaborazzjoni ta’ Appoġġ għall‑Istudji bil‑għan li jissaħħu l‑edukazzjoni postgradwatorja u r‑riċerka fl-oqsma tal-ekonomija, il‑banek, il‑finanzi, l‑assigurazzjoni, u l‑politika pubblika.
-
08 ta' Lulju 2025
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jixtieq javża lill‑pubbliku dwar komunikazzjonijiet frodulenti li qed jiġu ċċirkolati permezz tal‑indirizz elettroniku info@malta-centralbank.org u bl‑użu tal‑letterhead tal‑Bank.
-
04 ta' Lulju 2025
Bejn it‑30 ta’ Ġunju u t‑2 ta’ Lulju 2025, l‑Aġent Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, is‑Sur Alexander Demarco, ipparteċipa fil‑Forum tal‑BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali. Dan l-avveniment annwali organizzat mill‑Bank Ċentrali Ewropew sar f’Sintra, il‑Portugall.
-
02 ta' Lulju 2025
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika s‑sbatax‑il edizzjoni tiegħu tar‑Rapport dwar l‑Istabbiltà Finanzjarja, li jkopri analiżi komprensiva tad‑dinamika makrofinanzjarja kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali.