News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

23/04/2024 13:56:00

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta f’Washington D.C. għal‑Laqgħat tar‑Rebbiegħa tal‑2024 tal‑Bord tal‑Gvernaturi tal‑Grupp tal‑Bank Dinji u l‑Fond Monetarju Internazzjonali

Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, attenda l‑Laqgħat tar‑Rebbiegħa tal‑2024 tal‑Bordijiet tal‑Gvernaturi tal‑Grupp tal‑Bank Dinji (WBG) u tal‑Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) li saru bejn is-17 u d‑19 ta' April 2024. 

Laqgħat tar-Rebbiegħa 2024

Il-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-WBG u l-FMI jipprovdu pjattaforma għal diskussjonijiet bejn diversi partijiet ikkonċernati dwar materji ta’ importanza globali bħall-perspettiva ekonomika, fiskali u finanzjarja globali, flimkien mal-isfidi assoċjati li huma  mistennija fis-snin li ġejjin. Dawn il-laqgħat jinvolvu djalogu ta’ livell għoli mmirat lejn il-fehim, l-indirizzar u potenzjalment il-mitigazzjoni tal-materji kumplessi li qed tiffaċċja l-ekonomija dinjija.

Il-Gvernatur il-Professur Edward Scicluna ffirma l-ktieb tal-viżitaturi fl-Ambaxxata l-ġdida tar-Repubblika ta’ Malta għall-Istati Uniti tal-Amerika.
Il-Gvernatur il-Professur Edward Scicluna ffirma l-ktieb tal-viżitaturi fl-Ambaxxata l-ġdida tar-Repubblika ta’ Malta għall-Istati Uniti tal-Amerika

Fil-marġini tal-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-FMI, il-Professur Scicluna, akkumpanjat minn Mr Alexander Demarco, id-Deputat Gvernatur għall-Politika Monetarja, iltaqa’ ma’ uffiċjali għolja tal-FMI u tal-WBG, inkluż id-Direttur Eżekuttiv tal-FMI Mr Giammusso u d-Direttur Eżekuttiv tal-Bank Dinji Mr Bugamelli. Saru laqgħat mal-EUR Article IV Mission tal-FMI, ippresedut minn Ishi Kitaro, il-World Bank Mission li taħdem fuq proġetti relatati ma’ Malta, u ma’ uffiċjali għolja minn aġenziji ta’ klassifikazzjoni ewlenin. 

Il-Gvernatur Scicluna u d-Deputat Gvernatur Alexander Demarco flimkien mad-direttur reġjonali tal-Bank Dinji Jesko Hentschel u tim ta’ konsulenti.
Il-Gvernatur Scicluna u d-Deputat Gvernatur Alexander Demarco flimkien mad-direttur reġjonali tal-Bank Dinji Jesko Hentschel u tim ta’ konsulenti

Il-Professur Scicluna kellu wkoll laqgħat ma’ uffiċjali għolja mill-Moody’s, aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, u żar l-Ambaxxata l-ġdida tar-Repubblika ta’ Malta għall-Istati Uniti tal-Amerika li tinsab fil-viċinat storiku ta’ Kalorama f’Washington D.C.

Il-Gvernatur Scicluna mal-Kap tal-Article IV Mission tal-FMI Ishi Kotaro.
Il-Gvernatur Scicluna mal-Kap tal-Article IV Mission tal-FMI Ishi Kotaro

Barra minn hekk, ilGvernatur ġie intervistat minn CNBC News u Bloomberg TV dwar ilprospetti talekonomija globali u lprobabbiltà ta’ tnaqqis firrati tal-imgħax millKunsill Governattiv għal din issena.

Il-Gvernatur Scicluna waqt intervista mal-ġurnalista Karen Tso għas-CNBC International TV.
Il-Gvernatur Scicluna waqt intervista mal-ġurnalista Karen Tso għas-CNBC International TV

Lura lejn l-Arkivju