News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
-
30 ta' Diċembru 2024
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali b’mod ġenerali baqa’ l-istess f’Novembru meta mqabbel ma’ Ottubru, u kien f’livell kemxejn ogħla mill-medja storika.
-
20 ta' Diċembru 2024
Il-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jifraħ lil Dr Narcy Calamatta, il-President tal-Bord Konsultattiv tal-Fond Bank Ċentrali ta’ Malta, għall-ħatra tiegħu mill-President ta’ Malta bħala membru fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu waqt ċerimonja li saret f’Jum ir-Repubblika ta’ din is-sena.
-
16 ta' Diċembru 2024
Skont l-aħħar tbassir tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-prodott domestiku gross (PDG) ta’ Malta mistenni jikber b’4.9% fl-2024.
-
10 ta' Diċembru 2024
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta nieda edizzjoni limitata ta’ munita tad-deheb sabiex jikkommemora l‑50 Anniversarju minn meta Malta saret Repubblika.
-
29 ta' Novembru 2024
L-Indiċi tal-Bank dwar il-Kundizzjonijiet tan-Negozju jindika li t-tkabbir annwali fl-attività kummerċjali tela’ marġinalment f’Ottubru meta mqabbel ma’ Settembru u kien f’livell qrib il-medja storika.