News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024
20/02/2024 14:00:00
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna jipparteċipa fil-Laqgħa tal-Kostitwenza tal-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji f’Tirana, l-Albanija
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, flimkien mal-Gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u tal-Bank Dinji u uffiċjali għolja mill-Albanija, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, San Marino u Timor-Leste nġabru f'Tirana, l-Albanija nhar il-Ġimgħa 16 ta' Frar għal-laqgħa tal-kostitwenza tal-FMI u l-Grupp tal-Bank Dinji (WBG).

Il-laqgħa kienet ospitata mill-Bank tal-Albanija u l-Ministeru tal-Finanzi tal-Albanija. Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll id-Diretturi Eżekuttivi Federico Giammusso u Matteo Bugamelli, li jirrappreżentaw il-kostitwenza fil-FMI u l-WBG rispettivament.
Edi Rama, il-Prim Ministru tal-Albanija, indirizza wkoll il-konferenza.
Is-suġġetti diskussi kienu jinkludu żviluppi riċenti fil-FMI u fil-WBG, l-effetti ekonomiċi tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI) u l-kunsiderazzjonijiet fuq il-politika ekonomika kif ukoll l-isfidi u l-opportunitajiet relatati mal-użu tal-enerġija u l-ġid minerali għall-Iżvilupp tal-Afrika.
Għal din il-laqgħa tal-kostitwenza f'Tirana, il-Gvernatur il-Professur Edward Scicluna kien akkumpanjat mid-Deputat Gvernatur għall-Politika Monetarja, Mr Alexander Demarco.

Ritratti: Bank tal-Albanija
Lura lejn l-Arkivju