News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
-
28 ta' Frar 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jixtieq javża lill-pubbliku li l-aċċess mill-venda tal-karozzi tal-linja tal-Belt għall-Annexe tal-Bank (Binja Ġlormu Cassar) f’St James’s Counterguard se jkun magħluq nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Marzu 2018 minħabba xogħlijiet.
-
16 ta' Frar 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sat-13 ta’ Frar 2018.
-
08 ta' Frar 2018
Studju ta’ Brian Micallef, Manager Research Office fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, bit-titlu “Constructing an index to examine house price misalignment with fundamentals in Malta”, ġie ppubblikat fl-International Journal of Housing Markets and Analysis.
-
07 ta' Frar 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser jappoġġja lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (MPO) permezz ta’ ftehim ta’ sħubija korporattiva ffirmat l-Erbgħa 7 ta’ Frar 2018.
-
06 ta' Frar 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-ewwel ħarġa tar-rivista ta’ kull tliet xhur għas-sena 2018, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul it-tielet trimestru tal-2017.