News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
28/02/2018
Għeluq temporanju tal-aċċess għall-Annexe tal-Bank Ċentrali ta’ Malta mill-venda ta’ Bieb il-Belt
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jixtieq javża lill‑pubbliku li l‑aċċess mill‑venda tal‑karozzi tal‑linja tal‑Belt għall‑Annexe tal‑Bank (Binja Ġlormu Cassar) f'St James's Counterguard se jkun magħluq nhar il-Ġimgħa, 2 ta' Marzu 2018 minħabba xogħlijiet.
Binja Ġlormu Cassar tibqa' aċċessibbli għall‑pubbliku waqt il‑ħinijiet tal‑uffiċċju minn Triq Ġirolamo Cassar (it-triq li twassal għal Pjazza Kastilja).
Il‑Bank jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent.
Lura lejn l-Arkivju