News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2018
-
17 ta' Jannar 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar Aġġornament Ekonomiku tiegħu, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli sas-16 ta’ Jannar 2018.
-
10 ta' Jannar 2018
Il-Prim Ministru ħatar lill-Professur Frank Bezzina B.Ed. (Hons.) (Melit.), Dip. Ed. Mangt. (JEB), M.Sc, (SHU), Ph.D. (Melit.) bħala Direttur tal-Bank f'termini tal-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta għal perjodu ta’ ħames snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018.
-
09 ta' Jannar 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) illum ippubblika t-test finali tar-reviżjoni tad-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta’ Pagament.
-
05 ta' Jannar 2018
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qiegħed iniedi l-programm tiegħu għall-2018 dwar ħruġ ta’ muniti numiżmatiċi.