Statistika

L-Implimentazzjoni tar-Regolament tal-AnaCredit tal-BĊE f’Malta

Il‑proġett ANACREDIT huwa obbligazzjoni li toriġina mir‑Regolament (UE) 2016/13 tal‑Bank Ċentrali Ewropew ta' Mejju 2016 li jispeċifika l‑qafas għall‑ġbir ta' data dwar il‑kreditu u r‑riskju ta' kreditu minn istituzzjonijiet ta' kreditu konformi mar‑rekwiżiti stabbiliti fir‑Regolament. L‑ewwel rappurtar ta' data ta' referenza tal‑kontroparti lill‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑'Bank') għandu jibda mill‑aħħar ta' Frar 2018 (data ta' referenza ta' Jannar 2018), filwaqt li r‑rappurtar ta' data dwar il‑kreditu lill‑Bank hu mistenni jibda minn Ottubru 2018 (data ta' referenza Settembru 2018). Is‑sett tad‑data tal‑AnaCredit tal‑Bank ser jinkludi informazzjoni granulari dwar self u skoperturi oħrajn mogħtija lil entitajiet legali soġġetti għal limitu minimu ta' €25,000 għal kull persuna li tissellef. Ir‑Regolament jaqsam id‑data ta' rappurtar f'żewġ mudelli: Mudell 1 jinkludi ħames tabelli: (a) Data ta' referenza tal‑kontroparti, (b) Data dwar l‑istrument, (ċ) Data finanzjarja, (d) Data dwar il‑kontroparti‑strument, u (e) Data dwar l‑obbligazzjonijiet in solidum. Mudell 2 jinkludi: (a) Data tal‑kontabbiltà, (b) Data dwar il‑protezzjoni rċevuta, (ċ) Data dwar l‑istrument‑protezzjoni rċevuta, (d) Data dwar ir‑riskju tal‑kontroparti, u (e) Data dwar l‑inadempjenza ta' kontroparti. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok żur il‑links li ġejjin:

ECB AnaCredit Page

AnaCredit Regulation - An Overview