News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2026
20/10/2026 12:53:00
Il-Jum Ewropew tal-Istatistika 2026
Id-deċiżjonijiet tajbin jissawru fuq data tajba.
Illum ningħaqdu mal-komunità Ewropea tal-istatistika biex niċċelebraw l-10 anniversarju tal-Jum Ewropew tal-Istatistika. Dan filwaqt li nirrikonoxxu l-kontribut importanti li l-istatistika tagħti għall-ħajja tagħna ta' kuljum, għall-ekonomija, kif ukoll għas-soċjetà tagħna. Kemm jekk biex nifhmu l-iżviluppi finanzjarji kif ukoll biex infasslu r-regolamenti, l-istatistika tgħinna nittrasformaw in-numri f'għarfien.
F'konformità mal-pjan strateġiku korporattiv tiegħu li ġie ppubblikat riċentament, il-Bank Ċentrali ta' Malta qed jagħmel il-parti tiegħu billi jipproduċi u jxerred statistika li tkopri oqsma ewlenin tas-sistema finanzjarja, fosthom l-iżviluppi monetarji, is-settur bankarju, is-swieq finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja u s-sistemi ta' pagament. Billi jsegwi l-istandards Ewropej u internazzjonali u jippromwovi prattiki tal-istatistika ta' kwalità u sodi, il-Bank Ċentrali ta' Malta jgħin biex jiżgura li tkun disponibbli informazzjoni li tista' tafda biex tappoġġa l-analiżi u t-teħid ta' deċiżjonijiet infurmati.
Kienet sena produttiva fil-kumpilazzjoni tal-istatistika fi ħdan il-Bank Ċentrali ta' Malta:
L-istatistika tibqa' fil-qalba tal-ħidma u l-viżjoni futura tal-Bank, riflessa fil-
Pjan Strateġiku 2027-2030 tal-Bank Ċentrali ta' Malta.
Id-Dipartiment tal-Istatistika tal-Bank Ċentrali ta' Malta huwa responsabbli mir-Reġistru Ċentrali tal-Kreditu, li jappoġġja l-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà finanzjarja u s-self responsabbli.
Il-Bank ippubblika
Dashboard interattiv tal-Proprjetà , li jipprovdi għarfien dwar is-self għal xiri ta' proprjetà residenzjali minn Dashboard tal-Proprjetà tal-unitajiet domestiċi.
B'kollaborazzjoni mas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali nedejna
Statistics Explained, li tgħin biex l-istatistika ekonomika u finanzjarja ssir aktar aċċessibbli u aktar faċli biex tinftiehem.
Fl-aħħar mill-aħħar, l-istatistika hija aktar minn sempliċi numri. Tipprovdilna l-evidenza li tippermettilna ngħaddu minn dak li naħsbu għal dak li nafu u huwa minnnu.
Lura lejn l-Arkivju