News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2025
08/04/2025 12:07:00
Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Oliver Bonello pparteċipa fil-preżentazzjoni tal-premjijiet tal-Master’s fl-Accountancy fl-Università ta’ Malta
Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, Oliver Bonello, attenda għall-preżentazzjoni tal-premjijiet tal-Master's fl-Accountancy li saret fl-Università ta' Malta, nhar l-Erbgħa 2 ta' April 2025. Is-Sur Bonello ppreżenta premju u ċertifikat għall-aqwa teżi tas-sena lis-Sur Reuben Psaila għat-teżi tiegħu The Role of Maltese Accountants in the Rise of Environmental Reporting.


Ritratti: Università ta' Malta
Lura lejn l-Arkivju