News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

15/10/2024 07:50:00

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jaġġorna d-Direttiva Nru 1 dwar il-Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta’ Pagament

Il-Bank Ċentrali ta' Malta llum ippubblika test aġġornat tad-Direttiva Nru 1 dwar il-Provvediment u l-Użu tas-Servizzi ta' Pagament. Din id-Direttiva timplimenta l-provvedimenti ta' Titoli III u IV tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament (PSD2): Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tirrevoka d-Direttiva 2007/64/KE, oriġinarjament ippubblikata fid-9 ta' Jannar 2018.

Fit-8 ta' April 2024, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) ippubblikat Linji Gwida dwar is-sottomissjoni mill-ġdid ta' data storika skont il-qafas ta' rapportar tal-ABE (ABE/LG/2024/04). Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu approċċ komuni għas-sottomissjoni mill-ġdid ta' data storika, applikabbli għat-tipi kollha ta' rapportar superviżorju u ta' riżoluzzjoni mistennija minn istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji.

Il-Linji Gwida japplikaw għall-oqsma kollha tar-rappurtar żviluppati mill-ABE, inklużi kemm l-istandards tekniċi kif ukoll il-linji gwida. Il-Linji Gwida tal-ABE dwar ir-rappurtar ta' frodi, li ġew trasposti fid-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta' Malta, jaqgħu wkoll fl-ambitu tar-rekwiżiti deskritti fl-ABE/LG/2024/04. Għalhekk, sabiex tiżdied iċ-ċarezza, ir-rekwiżiti tal-ABE/LG/2024/04 ġew inkorporati fid-Direttiva Nru 1 tal-Bank Ċentrali ta' Malta skont Anness 5.

L-emendi ser jidħlu fis-seħħ fis-17 ta' Ottubru 2024.

Lura lejn l-Arkivju