News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2024

27/09/2024 09:00:00

Rappreżentant tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil-Laqgħa Annwali tal-AIIB fl-Użbekistan

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta kien irrappreżentat mis‑Sur Matthew Zammit, Senior Expert mill‑Uffiċċju għar‑Relazzjonijiet Internazzjonali, fid‑disa' laqgħa annwali tal‑Bank Asjatiku għall‑Investiment fl‑Infrastruttura (AIIB) fl‑Użbekistan, li saret bejn il‑25 u s‑26 ta' Settembru 2024.

Dan l-avveniment ewlieni tal-AIIB laqqa' flimkien delegazzjonijiet ta' livell għoli minn madwar id-dinja sabiex jiddiskutu materji kruċjali dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura. It‑tema ewlenija, "Building Resilient Infrastructure for All", iffukat dwar l‑impenn tal‑Bank li jindirizza l‑isfidi tat‑tibdil fil‑klima permezz ta' infrastruttura reżiljenti, it‑trawwim tal‑inklussività u l‑promozzjoni ta' investimenti sostenibbli fl-infrastrutturali.

L-AIIB, bank multilaterali għall-iżvilupp u li Malta hija membru fundatur tiegħu, beda jopera f'Beijing f'Jannar 2016. Għandu l-għan li jiffinanzja l-infrastruttura għall-ġejjieni, b'enfasi fuq is-sostenibbiltà, it-teknoloġija ekoloġika, u l-konnettività reġjonali. Attwalment l-AIIB għandu 109 membri approvati globalment u dan il-bank jgħin fil-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura li jilħqu l‑għanijiet ta' sostenibbiltà u avvanz teknoloġiku.

Is-Sur Matthew Zammit, Senior Expert

Lura lejn l-Arkivju