News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

24/11/2023 15:25:00

Workshop Annwali tar-Riċerka tal-Bank Ċentrali

Il-Ħamis 23 ta' Novembru 2023, ir-Research Department tal-Bank Ċentrali ta' Malta organizza Workshop ta' Riċerka ta' nofstanhar biex matulu nieda s-sitt edizzjoni tar-Research Bulletin annwali. Din hija l-pubblikazzjoni ewlenija tar-riċerka annwali tal-Bank intiża biex turi r-riċerka li ssir mil-Bank tkun disponibbli għal udjenza usa'.

L-Udjenza preżenti għall-Workshop Annwali tar-Riċerka

Noel Rapa, Kap tal-Economic Research Department
Noel Rapa, Kap tal-Economic Research Department

Id-Deputat Gvernatur Alexander Demarco, li ta bidu għal dan il-workshop, ta ħarsa ġenerali lejn il-ħames artikli tal-Bulletin. Il-Bulletin, flimkien mal-firxa dejjem aktar diversifikata ta’ pubblikazzjonijiet u studji ekonomiċi mill-Bank, huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku.

Id-Deputat Gvernatur Mr Alexander Demarco
Id-Deputat Gvernatur Mr Alexander Demarco

Fl-ewwel sessjoni tal-workshop, il-Professur Hannes Mueller, Professur tar-Riċerka u Direttur tal-Programm għal Data Science for Decision Making M.Sc. f’Barcelona School of Economics (BSE), wera kif tekniki ta’ tagħlim awtomatiku jistgħu jintużaw biex jitbassru kunflitti internazzjonali. 

Il-Professur Hannes Mueller, Professur tar-Riċerka u Direttur tal-Programm għal Data Science for Decision Making M.Sc. f’Barcelona School of Economics
Il-Professur Hannes Mueller, Professur tar-Riċerka u Direttur tal-Programm għal Data Science for Decision Making M.Sc. f’Barcelona School of Economics

Fit‑tieni preżentazzjoni, Kurt Sant u Sarah Spiteri, żewġ ekonomisti fi ħdan l-Economics Division tal‑Bank, ippreżentaw ix‑xogħol tagħhom dwar l‑iżvilupp ta’ indiċi ġdid. Dan l-indiċi juża metodi ġodda mibnija fuq Big Data biex ikopri l-firxa tal-inċertezza tal-politika ekonomika f’Malta, hekk kif imkejla permezz ta’ artikli ta’ gazzetti lokali online. 

Mr Kurt Sant, Senior Economist, Bank Ċentrali ta' Malta
Mr Kurt Sant, Senior Economist, Bank Ċentrali ta' Malta

Ms Sarah Spiteri, Senior Economist, Bank Ċentrali ta' Malta
Ms Sarah Spiteri, Senior Economist, Bank Ċentrali ta' Malta

Il-workshop ingħalaq b’diskors tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, li tkellem dwar l-importanza li tintuża statistika mhux tradizzjonali sabiex tikkumplimenta l-analiżi li diġà qed issir bl-użu ta’ sorsi aktar tradizzjonali. Il‑Gvernatur enfasizza wkoll l‑importanza ta’ kollaborazzjoni mill‑qrib bejn is‑settur privat u dak pubbliku sabiex jiġi promoss aktar l-użu ta’ tekniki bbażati fuq statistiċi godda. Dan kollu biex jiġi mifhum aħjar l-impatt makroekonomiku u b’hekk jissaħħu l‑formulazzjoni u l‑implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi.

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna

Ritratti: Melvin Bugeja

Lura lejn l-Arkivju