News

News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023

10/11/2023 15:40:00

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fl-inawgurazzjoni tad-Dar tal-Euro fi Brussell

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, kien fi Brussell flimkien mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, u sitt Gvernaturi oħra tal-banek ċentrali mill-Eurosistema għall-inawgurazzjoni tad-Dar tal-Euro li saret il-Ħamis 9 ta' Novembru 2023.

Group Photo
Il-President Christine Lagarde flimkien mal-Membri tal-Bord Eżekuttiv, Gvernaturi mis-sitt Banek Ċentrali Nazzjonali parteċipanti u kollegi li jaħdmu fid-Dar tal-Euro

Issa, il-Bank Ċentrali ta' Malta ser ikollu rappreżentant residenti permanenti sabiex iżomm relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE), banek ċentrali nazzjonali oħra u rappreżentanzi tal-Istati Federali għall-UE. Huwa jirrapporta regolarment lill-Gvernatur u lill-uffiċjali rilevanti oħra tal-istess Bank.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fl-inawgurazzjoni tad-Dar tal-Euro fi Brussell

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm diversi ambaxxaturi, kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, Kummissarji u Membri tal-Parlament Ewropew. Il-Gvernatur kien akkumpanjat mill-uffiċjali tal-Bank, Mr Clive Bartolo, Principal Officer Monetary Policy and Eurosystem Relations u Mr Andrea Tosato, Senior Policy Advisor.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm diversi ambaxxaturi, kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, Kummissarji u Membri tal-Parlament Ewropew.

Ritratti: Bank Ċentrali Ewropew

Lura lejn l-Arkivju