News - Stqarrijiet tal-Aħbarijiet 2023
24/10/2023 10:10:00
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jospita s-Sbatax-il Konferenza dwar Dynare
F'Binja Laparelli tal‑Bank Ċentrali ta' Malta tlaqqgħet is-sbatax-il konferenza organizzata mid‑Dipartiment tar‑Riċerka Ekonomika tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, flimkien ma' DSGE-net, u l-proġett Dynare f'CEPREMAP. GħaIl-konferenza, li fiha ngħataw sittin preżentazzjoni, attendew parteċipanti minn banek ċentrali u istituzzjonijiet akkademiċi internazzjonali. It-temi tal-istudji ppreżentati ffukaw dwar l-immudellar tat-tibdil fil-klima, il-politika tal-enerġija u l-prezzijiet tal-prodotti, il-Munita Diġitali tal-Bank Ċentrali, il-Politika Monetarja u l-ekonomiji miftuħa żgħar fi ħdan unjoni monetarja.

Il-Gvernatur Scicluna jindirizza lill-udjenza waqt is-sbatax-il konferenza dwar Dynare
Il-kelliema ewlenin kienu l-Professur John Hassler mill-Istitut għall-Istudji Ekonomiċi Internazzjonali, l-Università ta' Stokkolma bit-tema "A Macroeconomist's Thoughts on Climate Change and Climate Policy" u l-Professur Frank Smets mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Università ta' Ghent li tkellem dwar "The optimal quantity of CBDC in a bank-based economy".

Il-Professur John Hassler jindirizza lill-udjenza waqt is-sbatax-il konferenza dwar Dynare

Il-Professur Frank Smets jindirizza lill-udjenza waqt is-sbatax-il konferenza dwar Dynare
Il‑konferenza kienet indirizzata wkoll mill‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il‑Professur Edward Scicluna, u miċ-Chief Economist tal-Bank, Dr Aaron G. Grech.

Dynare hija pjattaforma ta' software għall-immaniġġjar ta' kategorija wiesgħa ta' mudelli ekonomiċi, b'mod partikolari mudelli tat-tip dynamic stochastic general equilibrium (DSGE). Dan jippermetti li jitwettqu simulazzjonijiet stokastiċi u ta' previżjoni perfetta, u li jiġu stmati parametri bi Probabbiltà Massima, metodi Bayesian u Metodi ta' mumenti b'mod faċli għall-utent.
Diversi korpi pubbliċi (banek ċentrali, ministeri tal-ekonomija u l-finanzi, organizzazzjonijiet internazzjonali) u diversi istituzzjonijiet finanzjarji privati jużaw Dynare biex iwettqu eżerċizzji ta' analiżi tal-politika u bħala għodda ta' appoġġ għall-eżerċizzji ta' tbassir. Fid-dinja akkademika, Dynare jintuża għal skopijiet ta' riċerka u tagħlim f'korsijiet ta' wara l-lawrja dwar il-makroekonomija.

Ritratti: Melvin Bugeja
Lura lejn l-Arkivju